Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0161

Kawża T-161/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ighoga Region 10 vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ ċentru għall-konferenzi u lukanda f’Ingolstadt – Ilment – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 62, 22.2.2021, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ighoga Region 10 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ ċentru għall-konferenzi u lukanda f’Ingolstadt - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 62/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10) (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli tadotta deċiżjoni finali li ttemm il-proċedura ta’ eżami preliminari dwar l-allegata skema ta’ għajnuna mill-Istat SA.48582 (2017/FC) implimentata mill-Ġermanja favur il-grupp Maritim u KHI Immobilien GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10).


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


Top