This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0066
Case C-66/20: Request for a preliminary ruling from the Procura della Repubblica di Trento (Italy) lodged on 24 January 2020 — Criminal proceedings against XK
Kawża C-66/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK
Kawża C-66/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK
ĠU C 209, 22.6.2020, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra XK
(Kawża C-66/20)
(2020/C 209/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Procura della Repubblica di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
XK
Parti oħra fil-proċedura: Finanzamt Münster
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(1)(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (1); – safejn jipprevedi li tista’ tkun ikkunsidrata wkoll bħala awtorità emittenti “kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali”, billi tipprovdi f’dan il-każ, madankollu “qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti” għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li jeżenta lil awtorità amministrattiva mill-obbligu li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) tkun ivvalidata billi tikklassifikaha bħala “awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 2 tad-direttiva”.
(1) ĠU 2014 L 130, p. 1 u r-rettifika fil-ĠU 2015, L 143, p. 16.