Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0567

    Kawża C-567/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski građanski sud u Zagrebu – il-Kroazja) – A.H. vs Zagrebačka banka d.d. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Direttiva 93/13/KEE – Applikazzjoni ratione temporis – Artikolu 10(1) – Kuntratt ta’ self konkluż qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni Ewropea iżda emendat wara din id-data – Artikolu 6 – Restituzzjoni tal-vantaġġi indebitament irċevuti mill-kummerċjant – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sostituzzjoni ta’ klawżoli inġusti u l-ħlas lura tal-ġbir żejjed fir-rigward tagħhom – Applikazzjoni ratione materiae – Artikolu 1(2) – Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament mandatorji)

    ĠU C 359, 19.9.2022, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 359/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski građanski sud u Zagrebu – il-Kroazja) – A.H. vs Zagrebačka banka d.d.

    (Kawża C-567/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Direttiva 93/13/KEE - Applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 10(1) - Kuntratt ta’ self konkluż qabel id-data tal-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni Ewropea iżda emendat wara din id-data - Artikolu 6 - Restituzzjoni tal-vantaġġi indebitament irċevuti mill-kummerċjant - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi s-sostituzzjoni ta’ klawżoli inġusti u l-ħlas lura tal-ġbir żejjed fir-rigward tagħhom - Applikazzjoni ratione materiae - Artikolu 1(2) - Klawżoli kuntrattwali li jirriflettu liġijiet u regolament mandatorji)

    (2022/C 359/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Qorti tar-rinviju

    Općinski građanski sud u Zagrebu

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: A.H.

    Konvenut: Zagrebačka banka d.d.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li bis-saħħa tagħhom il-kummerċjant ġie obbligat jipproponi lill-konsumatur emenda fil-kuntratt inizjali tagħhom permezz ta’ ftehim li l-kontenut tiegħu huwa ddeterminat minn dawn id-dispożizzjonijiet u dan il-konsumatur kellu l-possibbiltà li jagħti l-kunsens tiegħu għal tali emenda.


    (1)  ĠU C 19, 18.01.2021.


    Top