Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0510

    Kawża C-510/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ April 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Ambjent – Direttiva 2008/56/KE – Politika għall-ambjent marin – Artikolu 5 – Strateġiji marini – Artikolu 17(2) u (3) – Assenza ta’ reviżjoni, fit-termini, tal-evalwazzjoni inizjali u tad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb kif ukoll tal-miri ambjentali – Assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, fit-termini, tal-modalitajiet tal-aġġornamenti mwettqa wara reviżjonijiet)

    ĠU C 237, 20.6.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 237/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ April 2022 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

    (Kawża C-510/20) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Ambjent - Direttiva 2008/56/KE - Politika għall-ambjent marin - Artikolu 5 - Strateġiji marini - Artikolu 17(2) u (3) - Assenza ta’ reviżjoni, fit-termini, tal-evalwazzjoni inizjali u tad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb kif ukoll tal-miri ambjentali - Assenza ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, fit-termini, tal-modalitajiet tal-aġġornamenti mwettqa wara reviżjonijiet)

    (2022/C 237/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u I. Zaloguin, aġenti)

    Konvenut: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: T. Mitova, L. Zaharieva u T. Tsingileva, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi naqset milli twettaq, fit-termini preskritti, minn naħa, ir-reviżjoni b’mod ikkoordinat, kif huwa speċifikat fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina), tal-evalwazzjoni inizjali u tad-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb kif ukoll tal-miri ambjentali u, min-naħa l-oħra, il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-modalitajiet tal-aġġornamenti mwettqa wara dawn ir-reviżjonijiet, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 17(2)(a) u (b) kif ukoll taħt l-Artikolu 17(3) ta’ din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


    Top