Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0354

    Kawżi Magħquda C-354/20 u C-412/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Artikolu 6(1) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 – Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali – Difetti strutturali jew fundamentali – Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żviluppi li seħħew wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew ikkonċernat – Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż l-eżistenza ta’ raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq fil-każ ta’ konsenja)

    ĠU C 62, 22.2.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 62/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU)

    (Kawżi Magħquda C-354/20 u C-412/20 PPU) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Artikolu 6(1) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali - Difetti strutturali jew fundamentali - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żviluppi li seħħew wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew ikkonċernat - Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż l-eżistenza ta’ raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq fil-każ ta’ konsenja)

    (2021/C 62/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU)

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tintalab tagħti deċiżjoni dwar il-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ikollha provi li juru li jkun hemm difetti strutturali jew fundamentali fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura fl-Istat Membru li jkun ħareġ dan il-mandat ta’ arrest li kienu jeżistu fil-mument tal-ħruġ tiegħu jew li jkunu seħħew wara dan il-ħruġ, din l-awtorità ma tistax ma tirrikonoxxix il-kwalità ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” lill-qorti li tkun ħarġet l-imsemmi mandat ta’ arrest u ma tistax tippreżumi li jkunu jeżistu raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li, fil-każ ta’ konsenja lil dan l-aħħar Stat Membru, din il-persuna tkun ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq, iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mingħajr ma twettaq verifika konkreta u preċiża li tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni personali tal-imsemmija persuna, in-natura tar-reat inkwistjoni kif ukoll il-kuntest fattwali li fih ikun inħareġ il-mandat, bħal dikjarazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi li jkunu jistgħu jindaħlu fit-trattament ġudizzjarju li jkollu jingħata lil każ individwali.


    (1)  ĠU C 320, 28.9.2020.

    ĠU C 378, 9.11.2020.


    Top