EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0347

Kawża C-347/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Zinātnes parks” vs Finanšu ministrija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Fondi strutturali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Regolament (UE) Nru 1303/2013 – Programm ta’ Kofinanzjament – Għajnuna mill-Istat – Regolament (UE) Nru 651/2014 – Kamp ta’ applikazzjoni – Limiti – Kunċetti ta’ “kapital azzjonarju sottoskritt” u ta’ “impriża f’diffikultà” – Esklużjoni ta’ impriżi f’diffikultà mill-għajnuna tal-FEŻR – Modalitajiet ta’ dħul fis-seħħ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju sottoskritt – Data tal-produzzjoni tal-provi ta’ din iż-żieda – Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 5–5 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – SIA “Zinātnes parks” vs Finanšu ministrija

(Kawża C-347/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Fondi strutturali - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Programm ta’ Kofinanzjament - Għajnuna mill-Istat - Regolament (UE) Nru 651/2014 - Kamp ta’ applikazzjoni - Limiti - Kunċetti ta’ “kapital azzjonarju sottoskritt” u ta’ “impriża f’diffikultà” - Esklużjoni ta’ impriżi f’diffikultà mill-għajnuna tal-FEŻR - Modalitajiet ta’ dħul fis-seħħ ta’ żieda fil-kapital azzjonarju sottoskritt - Data tal-produzzjoni tal-provi ta’ din iż-żieda - Prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza)

(2022/C 119/16)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā rajona tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SIA “Zinātnes parks”

Konvenut: Finanšu ministrija

Dispożittiv

1)

Il-punt 18(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 [TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk kumpannija hijiex “f’diffikultà” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-espressjoni “kapital azzjonarju sottoskritt” għandha tinftiehem li tirreferi għall-kontribuzzjonijiet kollha li l-membri jew l-azzjonisti attwali jew futuri ta’ kumpannija jkunu wettqu jew impenjaw ruħhom irrevokabbilment sabiex iwettqu.

2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira “l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi”, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk offerent għandux jitqies li ma huwiex “f’diffikultà”, fis-sens tal-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 651/2014, l-awtorità ta’ ġestjoni kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss il-provi konformi mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti waqt l-istabbiliment tal-proċedura ta’ għażla tal-proġetti, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu konformi mal-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħal, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità.

3)

L-Artikolu 125(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza li tirreferi għalihom din id-dispożizzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-applikazzjonijiet għall-proġett ma jistgħux jiġu speċifikati wara d-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-imsemmija applikazzjonijiet. Madankollu, skont il-prinċipju ta’ ekwivalenza, din l-impossibbiltà, għall-offerenti, li jikkompletaw il-fajl tagħhom wara d-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-applikazzjonijiet għall-proġett għandha tikkonċerna l-proċeduri kollha li jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli fir-rigward tas-suġġett tagħhom, tal-kawża tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom għal dik prevista sabiex jibbenefikaw minn għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.


(1)  ĠU C 339, 12.10.2020.


Top