Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0261

    Kawża C-261/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Artikolu 49 TFUE – Direttiva 2006/123/KE – Artikolu 15 – Onorarji tal-arkitetti u tal-inġiniera – Tariffi obbligatorji minimi – Effett dirett – Sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li ngħatat fil-mori tal-kawża quddiem qorti nazzjonali)

    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 119, 14.3.2022, p. 5–5 (GA)

    14.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 119/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Thelen Technopark Berlin GmbH vs MN

    (Kawża C-261/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 15 - Onorarji tal-arkitetti u tal-inġiniera - Tariffi obbligatorji minimi - Effett dirett - Sentenza għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li ngħatat fil-mori tal-kawża quddiem qorti nazzjonali)

    (2022/C 119/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Thelen Technopark Berlin GmbH

    Konvenut: MN

    Dispożittiv

    Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali, adita b’tilwima esklużivament bejn individwi, ma hijiex obbligata, abbażi biss tal-imsemmi dritt, li ma tapplikax leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bi ksur tal-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ammonti minimi ta’ onorarji għas-servizzi tal-periti u tal-inġiniera u li tannulla l-ftehimiet li jidderogaw minn din il-leġiżlazzjoni, u dan mingħajr preġudizzju, minn naħa, għall-possibbiltà għal dik il-qorti li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni msemmija abbażi tad-dritt intern fil-kuntest ta’ tali tilwima, u, min-naħa l-oħra, għad-dritt tal-persuna li sofriet dannu minħabba n-nuqqas ta’ konformità tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni li titlob kumpens għad-dannu li rriżulta min-nuqqas għaliha.


    (1)  ĠU C 313, 21.09.2020.


    Top