Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0182

    Kawża C-182/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – BE, DT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Dritt għal tnaqqis – Aġġustament tat-tnaqqis – Proċedura ta’ falliment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-rifjut awtomatiku tat-tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli qabel il-ftuħ ta’ din il-proċedura)

    ĠU C 289, 19.7.2021, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 289/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – BE, DT vs Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

    (Kawża C-182/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Aġġustament tat-tnaqqis - Proċedura ta’ falliment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi r-rifjut awtomatiku tat-tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjonijiet taxxabbli qabel il-ftuħ ta’ din il-proċedura)

    (2021/C 289/19)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Suceava

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BE, DT

    Konvenuti: Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava, Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi, Accer Ipurl Suceva – fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarju ġudizzjarju ta’ BE, EP

    Dispożittiv

    L-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li biha l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ operatur ekonomiku, li jimplika l-istralċ tal-attiv tiegħu favur il-kredituri tiegħu, iwassal awtomatikament għall-obbligu ta’ dan l-operatur li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT li huwa jkun wettaq għal beni u servizzi akkwistati qabel ma jkun tqiegħed taħt falliment, meta l-ftuħ ta’ din il-proċedura ma tkunx ta’ natura li tostakola l-attività ekonomika tal-imsemmi operatur, fis-sens tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari għall-finijiet tal-istralċ tal-impriża kkonċernata.


    (1)  ĠU C 297 tas-7.9.2020.


    Top