Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0112

    Kawża C-112/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – M. A. vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 5 – Deċiżjoni ta’ ritorn – Missier wild minuri, ċittadin tal-Unjoni Ewropea – Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ ritorn)

    ĠU C 182, 10.5.2021, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – M. A. vs État belge

    (Kawża C-112/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 5 - Deċiżjoni ta’ ritorn - Missier wild minuri, ċittadin tal-Unjoni Ewropea - Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ ritorn)

    (2021/C 182/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: M. A.

    Konvenut: État belge

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild qabel ma jadottaw deċiżjoni ta’ ritorn, flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul, anki meta d-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni ma jkunx minuri, iżda missieru.


    (1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


    Top