EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0090

Kawża C-90/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Kamp ta’ applikazzjoni – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Attivitajiet imwettqa minn kumpannija rregolata mid-dritt privat – Operat ta’ żoni ta’ parkeġġ fuq artijiet privati – Spejjeż ta’ kontroll miġbura minn din il-kumpannija fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mis-sewwieqa tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ – Klassifikazzjoni – Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet)

ĠU C 119, 14.3.2022, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 119, 14.3.2022, p. 3–3 (GA)

14.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret – id-Danimarka) – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-90/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Kamp ta’ applikazzjoni - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Attivitajiet imwettqa minn kumpannija rregolata mid-dritt privat - Operat ta’ żoni ta’ parkeġġ fuq artijiet privati - Spejjeż ta’ kontroll miġbura minn din il-kumpannija fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza mis-sewwieqa tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ - Klassifikazzjoni - Realtà ekonomika u kummerċjali tat-tranżazzjonijiet)

(2022/C 119/08)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apcoa Parking Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż ta’ kontroll miġbura minn kumpannija rregolata mid-dritt privat inkarigata mill-operat ta’ żoni ta’ parkeġġ privati f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza, mis-sewwieqa, tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta’ dawn iż-żoni ta’ parkeġġ, għandhom jitqiesu li huma l-korrispettiv għal provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u suġġetti bħala tali għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).


(1)  ĠU C 161, 11.05.2020


Top