EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0024

Kawża T-24/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – INC u Consorzio Stabile Sis vs Il-Kummissjoni

ĠU C 93, 11.3.2019, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/73


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2019 – INC u Consorzio Stabile Sis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-24/19)

(2019/C 93/94)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: INC SpA (Turin, l-Italja) u Consorzio Stabile Sis SCpA (Turin) (rappreżentanti: H.-G. Kamann, F. Louis u G. Tzifa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2435 finali tas-27 ta’ April 2018 fil-Kawżi SA. 49335 (2017/N) u SA.49336 (2017/N); (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motivi wieħed għal kull waħda miż-żewġ ċirkustanzi allegati ta’ għajnuna mill-Istat.

1.

Motiv fir-rigward tal-Każ SA.49336 (2017/N), li jallega li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tiftah il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikoli 4(4) u 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (2), minkejja l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji misjuba matul l-eżami proċedurali preliminari fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat individwali nnotifikata fir-rigward ta’ operatur tal-awtostrada bit-toll Taljan (Autostrade per l’Italia SpA) fi ħdan is-suq intern. Ir-rikorrenti jallegaw li b’hekk il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589.

1.

Motiv fir-rigward tal-Każ SA.49335 (2017/N), li jallega li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni naqset milli tiftah il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikoli 4(4) u 6 tar-Regolament (UE) 2015/1589, minkejja l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji misjuba matul l-eżami proċedurali preliminari fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat individwali nnotifikata fir-rigward tat-tieni operatur tal-awtostrada bit-toll Taljan (Società Iniziative Autostradali e Servizi Spa) fi ħdan is-suq intern. Ir-rikorrenti jallegaw li b’hekk il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament 2015/1589.


(1)  ĠU 2018 C 379, p. 3.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015 L 248, p. 9).


Top