EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0260

Kawża T-260/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Makhlouf vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Memorandum ta’ Qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà – Rikorrent li waqaf jirrispondi għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Mejju 2021 – Makhlouf vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-260/18) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ Qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà - Rikorrent li waqaf jirrispondi għat-talbiet tal-Qorti Ġenerali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 289/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Materne u T. Maxian Rusche, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz, G. Várhelyi u P. Papapaschalis, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba l-Memorandum ta’ Qbil tas-26 ta’ April 2013 dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES).

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Rami Makhlouf huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


Top