Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0228

    Kawża T-228/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 249, 16.7.2018, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    201806290511986642018/C 249/442282018TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180517353511

    Kawża T-228/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)

    Top

    C2492018MT3510120180517MT0044351351

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2018 – Transtec vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-228/18 R)

    “(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi lill-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-għajnuna esterna tal-Unjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)”

    2018/C 249/44Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u J. Estrada de Solà, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2018 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti lil għaxar offerenti l-kuntratt marbut mal-lott Nru 3 tal-kuntratt “kuntratt qafas dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna esterna 2018 (FWC SIEA 2018) 2017/S 128-260026”, bir-referenza EuropeAid/138778/DH/SER/Multi u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tinkludi lir-rikorrenti, b’mod provviżorju, fost l-offerenti magħżula.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top