This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0726
Case T-726/18: Judgment of the General Court of 28 November 2019 — Mélin v Parliament (Law governing the institutions — Rules governing expenses and allowances payable to Members of the European Parliament — Parliamentary assistance allowance — Recovery of sums unduly paid — Obligation to state reasons — Failure to provide the annex to the decision ordering recovery)
Kawża T-726/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Mélin vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance għall-assistenza Parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza ta’ komunikazzjoni tal-anness għad-deċiżjoni li tordna l-irkupru”)
Kawża T-726/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Mélin vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance għall-assistenza Parlamentari – Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza ta’ komunikazzjoni tal-anness għad-deċiżjoni li tordna l-irkupru”)
ĠU C 27, 27.1.2020, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Mélin vs Il-Parlament
(Kawża T-726/18) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance għall-assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ komunikazzjoni tal-anness għad-deċiżjoni li tordna l-irkupru”)
(2020/C 27/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Joëlle Mélin (Aubagne, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrenti ta’ somma ta’ EUR 130 339,35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar l-irkupru mingħand Joëlle Mélin ta’ somma ta’ EUR 130 339.35 indebitament imħallsa bħala assistenza parlamentari u n-nota ta’ debitu relatata tal-10 ta’ Ottubru 2018 huma annullati. |
2) |
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż. |