Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0136

    Kawża T-136/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Kuota International vs EUIPO — Sintema Sport (K) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K — Raġuni assoluta ta’ invalidità — Mala fide — Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 213, 24.6.2019, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Kuota International vs EUIPO — Sintema Sport (K)

    (Kawża T-136/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 213/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kuota International u Sintema Sport.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1) hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


    Top