This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0325
Case C-325/18: Reference for a preliminary ruling from the Court of Appeal (Ireland) made on 17 May 2018 — Hampshire County Council v C.E., N.E.
Kawża C-325/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.
Kawża C-325/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.
ĠU C 249, 16.7.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Kawża C-325/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-17 ta’ Mejju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.
(Kawża C-325/18)
2018/C 249/23Lingwa tal-kawża: l-IngliżQorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hampshire County Council
Konvenuti: C.E., N.E.
Domandi preliminari
1) |
Meta jkun hemm allegazzjoni li tfal ikunu ttieħdu illegalment mill-pajjiż ta’ residenza abitwali tagħhom b’inizjattiva tal-ġenituri tagħhom u/jew membri oħra tal-familja bi ksur ta’ deċiżjoni ġudizzjarja miksuba minn awtorità pubblika tal-Istat ikkonċernat, din l-awtorità pubblika tista’ titlob li kull deċiżjoni ġudizzjarja li tirrikjedi r-ritorn tat-tfal lejn il-pajjiż inizjali tiġi infurzata mill-qrati ta’ Stat Membru ieħor konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 ( 1 ) jew dan ikun jikkostitwixxi evitar illegali tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament u tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980 jew ukoll ikun jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt jew ta’ liġi min-naħa tal-awtorità kkonċernata? |
2) |
F’kawża li tirrigwarda l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, il-qorti adita għandha ġurisdizzjoni testendi t-terminu għall-preżentata ta’ appell previst fl-Artikolu 33(5) fejn id-dewmien essenzjalment ikunu minimi u fejn estensjoni tat-terminu setgħet madankollu tingħata skont id-dritt nazzjonali proċedurali? |
3) |
Mingħajr ħsara għad-domanda 2), meta awtorità pubblika ta’ Stat terz tneħħi tfal, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali, mit-territorju ta’ Stat Membru bis-saħħa ta’ deċiżjoni ta’ infurzar magħmula ex parte konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 iżda qabel in-notifika ta’ tali deċiżjoni lill-ġenituri, fejn għaldaqstant jiġu miċħuda mid-dritt tagħhom li jitolbu sospensjoni mill-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni sakemm jinstema’ l-appell, tali aġir jippreġudika t-tifsira essenzjali tad-dritt li l-ġenituri jisiltu mill-Artikolu 6 KEDB jew l-Artikolu 47 tal-Karta b’tali mod li estensjoni tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors (għall-iskopijiet tal-Artikolu 33(5) ta’ dan ir-regolament) għandha tingħata? |
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).