This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0189
Case T-189/17: Action brought on 20 March 2017 — EKETA v Commission
Kawża T-189/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – EKETA vs Il-Kummissjoni
Kawża T-189/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – EKETA vs Il-Kummissjoni
ĠU C 151, 15.5.2017, p. 43–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/43 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/17)
(2017/C 151/55)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara li t-talba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea lill-ΕΚΕΤΑ biex jirrimborsa l-ammont ta’ EUR 64 720,19mill-pagament irċevut minnu għall-proġett HUMABIO, liema talba saret fin-nota ta’ debitu Nru 3241615288/29.11.2016, hija infondata fir-rigward tas-somma ta’ EUR 27 830,27; |
— |
tiddikjara li s-somma ta’ EUR 27 830,27 tikkostitwixxi spejjeż eliġibbli u li l-ΕΚΕΤΑ ma huwiex obbligat iħallas lura dik is-somma lill-Kummissjoni Ewropea, u |
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
B’dan ir-rikors, l-Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) jikkontesta t-talba mressqa mill-Kummissjoni permezz tan-nota ta’ debitu tagħha Nru 3241615288/29.11.2016, fir-rigward tal-parteċipazzjoni fil-proġett HUMABIO. Permezz ta’ dik in-nota ta’ debitu, il-Kummissjoni talbet lill-ΕΚΕΤΑ jirrimborsa parti mill-pagament li rċieva mingħandha għall-proġett HUMABIO, somma ta’ EUR 64 720,19. Din it-talba saret wara awditu fuq il-post li twettaq mill-Kummissjoni Ewropea fl-uffiċċji tar-rikorrent. |
2. |
F’dak il-kuntest, ir-rikorrent isostni li l-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 272 TFUE, għandha tiddikjara li, mill-ammont imsemmi fin-nota ta’ debitu, is-somma ta’ EUR 27 830,27 tikkostitwixxi spejjeż eliġibbli u li l-ΕΚΕΤΑ ma huwiex marbut li jħallas dik is-somma lill-Kummissjoni. |
3. |
L-ΕΚΕΤΑ jsostni li l-imsemmi ammont ta’ EUR 27 830,27 jikkostitwixxi spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti eliġibbli, li l-Kummissjoni ċaħdet b’mod żbaljat bħala ineliġibbli. L-eliġibbiltà tal-ispejjeż tar-rikorrent hija pprovata mill-evidenza ppreżentata lill-Kummissjoni Ewropea fl-awditu fuq il-post u f’korrispondenza sussegwenti u li dan jippreżenta lill-Qorti Ġenerali. |