EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TB0157
Case T-157/17: Order of the General Court of 22 January 2018 — Cristalfarma v EUIPO – Novartis (ILLUMINA) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for EU word mark ILLUMINA — Revocation of the contested decision — Action rendered devoid of purpose — No need to adjudicate)
Kawża T-157/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-157/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 94, 12.3.2018, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)
(Kawża T-157/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ILLUMINA - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 094/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. King u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 (Każ R 1187/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Cristalfarma.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal sospensjoni mressqa minn Cristalfarma Srl hija miċħuda. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Cristalfarma. |
4) |
Novartis AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |