Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0128

    Kawża T-128/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – Torné vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 — Leave għal raġunijiet personali — Reklutaġġ simultanju bħala membru tal-persunal temporanju — Miżuri tranżitorji li jirrigwardaw ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni — Talba għal deċiżjoni antiċipata — Att li jikkawża preġudizzju — Skop tal-miżuri tranżitorji — Applikazzjoni ratione personae — Dħul fis-servizz”)

    ĠU C 93, 11.3.2019, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – Torné vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-128/17) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2014 - Leave għal raġunijiet personali - Reklutaġġ simultanju bħala membru tal-persunal temporanju - Miżuri tranżitorji li jirrigwardaw ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni - Talba għal deċiżjoni antiċipata - Att li jikkawża preġudizzju - Skop tal-miżuri tranżitorji - Applikazzjoni ratione personae - Dħul fis-servizz”))

    (2019/C 93/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Isabel Torné (Algés, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u A.-C. Simon, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, u finalment minn G. Berscheid u B. Mongin, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Manessi, sussegwentement minn P. Martinet, aġenti, assistiti minn S. Orlandi u T. Martin, avukati); L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn S. Orlandi u T. Martin, avukati); L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (EU-LISA) (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati); L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) (rappreżentanti: S. Dunlop, aġent, assistit minn S. Orlandi u T. Martin, avukati); L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: S. Giordano u J. Overett Somnier, aġenti); L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (rappreżentanti: A. Lorenzet u N. Vasse, aġenti, assistiti minn S. Orlandi u T. Martin, avukati); u L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Stevens, sussegwentement minn M. Vitsa, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti tas-16 ta’ Diċembru 2015 għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni antiċipata li tiffissa d-data tad-dħul fis-servizz tagħha fis-sens tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea dwar ċerti modalitajiet ta’ kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2016, ikkonfermata permezz tan-nota tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tad-29 ta’ April 2016, hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk inkorsi minn Isabel Torné.

    3)

    L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (EU-LISA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 129, 24.4.2017.


    Top