This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0709
Case C-709/17 P: Appeal brought on 18 December 2017 by the European Commission against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 10 October 2017 in Case T-435/15: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd v European Commission
Kawża C-709/17 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15, Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-709/17 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15, Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 112, 26.3.2018, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/16 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15, Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-709/17 P)
(2018/C 112/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, A. Demeneix, M. França, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd, European Bicycle Manufacturers Association
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15 Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd vs Il-Kummissjoni, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza, u tikkundanna r-rikorrenti għall-ispejjeż; jew inkella, |
— |
tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami mill-ġdid; tirriżerva l-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza u fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell ippreżentat mill-Kummissjoni jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 fil-Kawża T-435/15. F’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn jikkonċerna lil Kolachi Raj, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 (1) tat-18 ta’ Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le.
Il-Kummissjoni tibbaża, insostenn tal-appell tagħha, fuq aggravju wieħed biss.
Il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 13(2)(b) tar-regolament bażiku ta’ antidumping. L-ewwel nett, fis-sentenza kkontestata, il-Qorti Ġenerali użat regoli tal-oriġini fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku u fl-interpretazzjoni tal-kelma “minn” użata fl-Artikolu 13(2)(b) tiegħu. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali rristrinġiet b’mod żbaljat it-tip ta’ prova li l-Kummissjoni tista’ tuża biex turi li xi partijiet ġew “mill”-pajjiż suġġett għall-miżuri ta’ antidumping. Il-Kummissjoni tqis li l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali ma hijiex skont it-test, il-kuntest u l-iskop tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku, u lanqas skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar miżuri ta’ anti-evażjoni.