Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0830

    Kawża T-830/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 – Monolith Frost GmbH vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/56


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 – Monolith Frost GmbH vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

    (Kawża T-830/16)

    (2017/C 022/75)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Monolith Frost GmbH (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Liebich u S. Labesius, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dovgan GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PLOMBIR”

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1812/2015-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top