This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0802
Case T-802/16: Action brought on 08 November 2016 — Endoceutics v EUIPO — Merck (FEMIBION)
Kawża T-802/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)
Kawża T-802/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)
ĠU C 22, 23.1.2017, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/45 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)
(Kawża T-802/16)
(2017/C 022/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FEMIBION” – trade mark tal-Unjoni Nru 989 924
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1608/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata parzjalment u tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi għas-sostenn tas-sistema ta’ immunità, għall-menopawsa, għall-mestrwazzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tat-tqala, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tal-istress, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni ta’ nutrizzjoni mhux ibbilanċjata jew defiċjenti”; |
— |
tordna lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward tal-appell u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. |