EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0787

Kawża T-787/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – QD vs EUIPO

ĠU C 22, 23.1.2017, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/40


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – QD vs EUIPO

(Kawża T-787/16)

(2017/C 022/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: QD (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2016 li ma tadottax deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-Kondizzjonijiet tal-impjieg) u li tiddiferixxi t-teħid ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għal “proċedura speċifika” fil-ġejjieni; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’mod partikolari l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal (moqri flimkien mal-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg), l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikoli 2, 8 u 53 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-P

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-EUIPO, tad-dover fiduċjarju tiegħu;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41(1), Artikolu 41(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO wettaq użu ħażin ta’ poter.


Top