This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0044
Case T-44/16: Judgment of the General Court of 31 January 2018 — Novartis AG v EUIPO — SK Chemicals (Figurative EU trade mark representing a transdermal patch) (EU trade mark — Invalidity proceedings — Figurative EU trade mark representing a transdermal patch — Absolute ground for refusal — Sign consisting exclusively of the shape of the product necessary to obtain a technical result — Article 7(1)(e)(ii) of Regulation (EC) No 207/2009 (now Article 7(1)(e)(ii) of Regulation (EU) 2017/1001))
Kawża T-44/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Novartis vs EUIPO – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”]

ĠU C 94, 12.3.2018, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 94/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2018 – Novartis vs EUIPO – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda)
(Kawża T-44/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])
(2018/C 094/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment M. R. Douglas, sussegwentement A. Nordemann-Schiffel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Dissmann, J. Bogatz, u C. Lindenthal, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2342/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn SK Chemicals u Novartis.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |