Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0546

    Kawża C-546/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Montte S.L. vs Musikene

    ĠU C 22, 23.1.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 22/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Montte S.L. vs Musikene

    (Kawża C-546/16)

    (2017/C 022/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Montte S.L.

    Konvenuta: Musikene

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Direttiva 2014/24/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 150.4 TRLCSP (2), jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni, li jawtorizzaw lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu, fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw il-kontenzjuż ta’ proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt, kriterji ta’ għoti li joperaw f’fażijiet eliminatorji suċċessivi għall-offerti li ma jeċċedux limitu minimu ta’ punti predeterminat?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-imsemmija Direttiva 2014/24 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni, li fil-proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt jużaw l-imsemmija sistema ta’ kriterji ta’ għoti li joperaw f’fażijiet eliminatorji suċċessivi b’tali mod li fl-aħħar fażi ma jkunx jifdal biżżejjed offerti sabiex tkun tista’ tiġi ggarantita kompetizzjoni reali?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-imsemmija Direttiva 2014/24 tipprekludi klawżola bħal dik inkwistjoni, li fiha l-fattur tal-prezz jittieħed inkunsiderazzjoni biss għall-offerti li jkunu kisbu 35 punt minn 50 punt fl-evalwazzjoni tal-kriterji tekniċi, minħabba li din il-klawżola ma tkunx tiggarantixxi kompetizzjoni reali jew li tevita l-mandat mogħti lill-awtorità kontraenti sabiex tagħti l-kuntratt lill-offerta bl-aqwa valur kwalità/prezz?


    (1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.

    (2)  Texto refundido de la Ley de contratos del Sector Público (test ikkodifikat tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi).


    Top