This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CB0107
Case C-107/16: Order of the Court (Third Chamber) of 23 November 2017 (request for a preliminary ruling from the Tribunale di Pordenone — Italy) — Criminal proceedings against Giorgio Fidenato (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Agriculture — Genetically modified food and feed — Emergency measures — National measure seeking to prohibit the cultivation of genetically modified maize MON 810 — Adoption and maintenance of the measure — Regulation (EC) No 1829/2003 — Article 34 — Regulation (EC) No 178/2002 — Articles 53 and 54 — Conditions of application — Precautionary principle)
Kawża C-107/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Agrikoltura — Ikel u għalf modifikat ġenetikament — Miżuri ta’ urġenza — Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 — Adozzjoni u żamma tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)
Kawża C-107/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Agrikoltura — Ikel u għalf modifikat ġenetikament — Miżuri ta’ urġenza — Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 — Adozzjoni u żamma tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)
ĠU C 32, 29.1.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/4 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Pordenone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato
(Kawża C-107/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Ikel u għalf modifikat ġenetikament - Miżuri ta’ urġenza - Miżura nazzjonali intiża sabiex tipprojbixxi l-kultivazzjoni tal-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 810 - Adozzjoni u żamma tal-miżura - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni))
(2018/C 032/05)
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Pordenone
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Giorgio Fidenato
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ urġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru b’mod uffiċjali jinformaha, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar in-neċessità li jittieħdu tali miżuri, sakemm ma huwiex evidenti li prodott awtorizzat permezz tar-Regolament Nru 1829/2003 jew b’konformità miegħu jista’ jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimal jew għall-ambjent. |
2) |
L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa b’mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-neċessità li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun ħadet l-ebda miżura skont l-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali. |
3) |
L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif indikat fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw, skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju biss, mingħajr ma jkunu sodisfatti r-rekwiżiti sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |