This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0003
Case C-3/16: Judgment of the Court (First Chamber) of 15 March 2017 (request for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Brussel — Belgium) — Lucio Cesare Aquino v Belgische Staat (Reference for a preliminary ruling — EU law — Rights conferred on individuals — Infringement by a court — Questions referred for a preliminary ruling — Reference to the Court — National court of last instance)
Kawża C-3/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-Unjoni — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Ksur minn qorti — Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza)
Kawża C-3/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-Unjoni — Drittijiet mogħtija lill-individwi — Ksur minn qorti — Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza)
ĠU C 151, 15.5.2017, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat
(Kawża C-3/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt tal-Unjoni - Drittijiet mogħtija lill-individwi - Ksur minn qorti - Domandi preliminari - Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja - Qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza))
(2017/C 151/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lucio Cesare Aquino
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
1) |
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha jeżisti rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt intern, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza, fil-każijiet fejn l-appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn deċiżjoni ta’ din il-qorti ma jkunx ġie eżaminat minħabba r-rinunzja għall-atti tar-rikorrent. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
3) |
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza tista’ tastjeni milli tressaq domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta appell ta’ kassazzjoni huwa miċħud għal raġunijiet ta’ inammissibbiltà inerenti għall-proċedura quddiem din il-qorti, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. |