This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0690
Case T-690/15: Action brought on 29 November 2015 — Marcas Costa Brava v OHIM — Excellent Brands JMI (Cremcaffé)
Kawża T-690/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé)
Kawża T-690/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé)
ĠU C 48, 8.2.2016, p. 85–85
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/85 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé)
(Kawża T-690/15)
(2016/C 048/93)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva ħamra u bajda li tinkludi l-elementi verbali “Cremcaffé” – Trade mark Komunitarja Nru 11 407 021
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 2586/2014-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tiddikjara li l-użu tat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705 fir-rigward tal-klassi 30 ġie pprovat u li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 407 021 hija inkompatibbli mat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-eventwali konvenuti l-oħra għall-ispejjeż kollha. |
Motiv invokat
— |
Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |