This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0645
Case T-645/15: Action brought on 13/11/2015 — České centrum pro investigativní žurnalistiku v Parliament
Kawża T-645/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – České centrum pro investigativní žurnalistiku vs Il-Parlament
Kawża T-645/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – České centrum pro investigativní žurnalistiku vs Il-Parlament
ĠU C 48, 8.2.2016, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/59 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – České centrum pro investigativní žurnalistiku vs Il-Parlament
(Kawża T-645/15)
(2016/C 048/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: České centrum pro investigativní žurnalistiku o.p.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni A(2015)8682 C tal-Parlament Ewropew, tal-14 ta’ Settembru 2015 li tiċħad it-talba konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar spejjeż tal-ivvjaġġar, benefiċċji tal-għajxien, benefiċċji għall-infiq ġenerali u spejjeż tal-arranġamenti tal-persunal ta’ Membri tal-Parlament Ewropew; |
— |
tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ eventwali intervenjenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001 (1), flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001 (2), peress li d-data ta’ natura personali mitluba ma hijiex protetta taħt id-dritt Komunitarju |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament 1049/2001, flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar kienu ntlaħqu |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament 1049/2001, li jitwettaq eżami ta’ kull dokument individwali |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament 1049/2001, peress li r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx ġustifikat |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jirrispondi għall-argumenti kollha tar-rikorrenti |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal- Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).