Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0596

    Kawża T-596/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Batmore Capital vs UASI – Univers Poche (POCKETBOOK)

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/37


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Batmore Capital vs UASI – Univers Poche (POCKETBOOK)

    (Kawża T-596/15)

    (2015/C 414/48)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Batmore Capital Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Univers Poche (Pariġi, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “POCKETBOOK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 034 872

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/07/2015 fil-Każ R 1952/2014-1

    Talbiet

    tikkunsidra dan l-appell ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

    tirreġistra l-parti Komunitarja tar-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 034 872;

    tikkundanna lill-UASI għall-ħlasijiet u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti.

    Motivi invokati

    evalwazzjoni żbaljata tas-similarità tal-prodotti u s-servizzi;

    evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali f’kunflitt.


    Top