This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0393
Case T-393/15: Action brought on 13 July 2015 — Università del Salento v Commission
Kawża T-393/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni
Kawża T-393/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni
ĠU C 311, 21.9.2015, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/54 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-393/15)
(2015/C 311/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentanti: F. Vetrò, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-atti kkontestati u, konsegwentement, tordna l-ħlas tas-somom li għadhom dovuti lid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento f’dak li jikkonċerna l-kuntratt bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement no 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, bil-konsegwenzi kollha fil-liġi, inkluż f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta’ din l-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-att tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Baġit, Implementazzjoni baġitarja (baġit ġenerali u EDF) Irkupru ta’ krediti, tal-4 ta’ Mejju 2015, referenza. N. D/CA – B.2 – 005817, u kontra n-nota ta’ debitu annessa miegħu. L-att imsemmi jistabbilixxi t-tpaċija tal-kreditu li d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento kellu fir-rigward tal-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ kuntratt tat-tip imsejjaħ Marie Curie, bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement no 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, b’dejn li, skont il-Kummissjoni Ewropea, id-Dipartiment tax-Xjenzi Legali ta’ din l-istess Università del Salento kellu mal-istess Kummissjoni, fir-rigward tal-kuntratt bl-isem “Agreement JUST/2010/JPEN/AG/1540 – Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 3 u 24 tal-Kostituzzjoni Taljana, fuq abbuż ta’ poter, fuq eċċess ta’ poter minħabba preżunzjonijiet żbaljati, fuq investigazzjoni ħażina, fuq żball ta’ fatt, kif ukoll fuq il-ksur u l-applikazzjoni ineżatta tal-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ effettività tas-sistema legali tal-Unjoni, il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u fuq eċċess ta’ poter minħabba investigazzjoni ħażina.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE.
|