Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0132

    Kawża T-132/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)

    ĠU C 311, 21.9.2015, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/48


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)

    (Kawża T-132/15)

    (2015/C 311/53)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: IR (Caen, Franza) (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “popchrono” – Trade mark Komunitarja Nru 4 177 267

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 217/2014-5

    Talbiet

    tilqa’ t-talbiet tagħha;

    tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 tal-Bord tal-Appell;

    tikkonferma d-drittijiet għall-proprjetà tat-trade mark POPCHRONO;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tad-dritt għal smigħ;

    Interpretazzjoni stretta ta’ “użu ġenwin” mill-Bord tal-Appell;

    Il-bidu mill-ġdid ta’ użu ġenwin ta’ trade mark Komunitarja inkwistjoni kellu jiġi eżaminat mill-UASI skont dokumenti sottomessi mir-rikorrenti, inkluż kuntratt ta’ liċenzjar preċedenti b’iktar minn tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba għal revoka;

    In-nuqqas tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-ksur tar-regoli bażiċi tal-kompetizzjoni u r-rieda li parti tostakola lill-oħra.


    Top