Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0368(01)

    Kawża T-368/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alcimos Consulting vs BĊE (“Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE — Assistenza ta’ likwidità f’emerġenza lill-banek Griegi — Limitu massimu — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Ksur tar-rekwiziti proċedurali”)

    ĠU C 335, 12.9.2016, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 335/46


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alcimos Consulting vs BĊE

    (Kawża T-368/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE - Assistenza ta’ likwidità f’emerġenza lill-banek Griegi - Limitu massimu - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Ksur tar-rekwiziti proċedurali”))

    (2016/C 335/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

    Suġġett

    Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tat-28 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha ġiet deċiża ż-żamma tal-limitu massimu tal-assistenza ta’ likwidita ta’ emerġenza lill-banek Griegi fil-livell deċiż fis-26 ta’ Ġunju 2015 u tas-6 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha ġiet deċiża l-istess żamma kif ukoll l-aġġustament tat-tnaqqis applikat fuq il-garanziji aċċettati mill-Bank tal-Greċja f’dak ir-rigward, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet bħala riżultat tal-imsemmija deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Alcimos Consulting SMPC hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


    Top