EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0735

Kawża T-735/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SHOP ART — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti art — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 22, 23.1.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART)

(Kawża T-735/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SHOP ART - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti art - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentanti: L. Sánchez Calderón u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manifatture Daddato SpA (Barletta, l-Italja), (rappreżentant: D. Russo, avukat).

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sabina Laurora (Trani, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Art Company B & S, minn naħa, u Manifatture Daddato u S. Laurora, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1) hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016


Top