Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0613

    Kawża C-613/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n° 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González

    (Kawża C-613/15)

    (2016/C 048/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ibercaja Banco S.A.U.

    Konvenut: José Cortés González

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 114 tal-ligi dwar l-ipoteki, li tippermetti lil qorti nazzjonali, meta tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola li tiffissa interessi moratorji, tistħarreġ biss jekk ir-rata ta’ interessi miftiehma hijiex iktar minn tliet darbiet ogħla mir-rata ta’ interess legali, u mhux li tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi ohra?

    2)

    L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 693 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol, li tippermetti li jintalab l-ammont sħiħ ta’ self b’mod antiċipat minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ tliet pagamenti ta’ kull xahar, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra bħat-tul jew l-ammont tas-self jew kull raġuni ohra rilevanti, u li, barra minn hekk, tissuġġetta l-possibbiltà li jiġu evitati l-effetti ta’ din l-iskadenza antiċipata għar-rieda tal-kreditur, minbarra fil-każijiet li fihom l-ipoteka hija marbuta fuq ir-residenza abitwali tad-debitur?

    3)

    Ir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Ligi 1/2013 hija kuntrarja għall-ġurisprudenza COFIDIS (2)?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)

    (2)  Sentenza C-473/00, EU:C:2002:705.


    Top