Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0499

    Kawża C-499/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – W u V vs X

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – W u V vs X

    (Kawża C-499/15)

    (2015/C 414/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Vilniaus miesto apylinkės teismas (qorti distrettwali ta’ Vilnius)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: W u V

    Konvenuta: X

    Domanda preliminari

    Skont l-Artikoli 8 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, liema Stat Membru (ir-Repubblika tal-Litwanja jew ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tal-wild minuri V, li għandu r-residenza abitwali fil-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ talba għal bidla fir-residenza tiegħu u fl-obbligi ta’ manteniment u fid-dritt ta’ aċċess fir-rigward tiegħu?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


    Top