This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0215
Case C-215/15: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 21 October 2015 (request for a preliminary ruling from the Varhoven kasatsionen sad — Bulgaria) — Vasilka Ivanova Gogova v Ilia Dimitrov Iliev (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Jurisdiction, recognition and enforcement of decisions in matrimonial matters and matters of parental responsibility — Regulation (EC) No 2201/2003 — Scope — Article 1(1)(b) — Attribution, exercise, delegation, restriction or termination of parental responsibility — Article 2 — Concept of parental responsibility — Dispute between parents on travel by their child and the issue of a passport to the child — Prorogation of jurisdiction — Article 12 — Conditions — Acceptance of the jurisdiction of the courts seised — Non-appearance of the defendant — Jurisdiction not contested by the defendant’s legal representative appointed by the courts seised of their own motion)
Kawża C-215/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(1)(b) — Attribuzzjoni, eżerċizzju, delegazzjoni, restrizzjoni jew terminazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Artikolu 2 — Kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” — Tilwima bejn il-ġenituri li tirrigwarda l-vjaġġ tal-minuri tagħhom u l-ħruġ ta’ passaport lil din tal-aħħar — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Artikolu 12 — Kundizzjonijiet — Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi — Nuqqas ta’ dehra tal-konvenut — Assenza ta’ kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni, mill-mandatarju tal-konvenut maħtur ex officio mill-qrati aditi)

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev
(Kawża C-215/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1)(b) - Attribuzzjoni, eżerċizzju, delegazzjoni, restrizzjoni jew terminazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” - Tilwima bejn il-ġenituri li tirrigwarda l-vjaġġ tal-minuri tagħhom u l-ħruġ ta’ passaport lil din tal-aħħar - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Artikolu 12 - Kundizzjonijiet - Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi - Nuqqas ta’ dehra tal-konvenut - Assenza ta’ kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni, mill-mandatarju tal-konvenut maħtur ex officio mill-qrati aditi))
(2015/C 414/14)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vasilka Ivanova Gogova
Konvenuta: Ilia Dimitrov Iliev
Dispożittiv
1) |
L-azzjoni li permezz tagħha wieħed mill-ġenituri jitlob lill-qorti tagħti rimedju għan-nuqqas ta’ kunsens tal-ġenitur l-ieħor għall-vjaġġ tal-minuri tagħhom barra mill-Istat Membru ta’ residenza tagħha u għall-ħruġ ta’ passaport f’isem din il-minuri jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u dan meta d-deċiżjoni mogħtija fi tmiem din l-azzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn l-imsemmija minuri hija residenti fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda l-ħruġ ta’ dan il-passaport. |
2) |
L-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talba fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri ma tistax titqies li ġiet “espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għas-sempliċi raġuni li l-mandatarju ad litem li jirrappreżenta lill-konvenut, maħtur ex officio minn dawn il-qrati fid-dawl tal-impossibbiltà li dan tal-aħħar jiġi nnotifikat bir-rikors promotur, ma qajjimx l-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-imsemmija qrati. |