Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0409

    Kawża T-409/14: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    ĠU C 245, 28.7.2014, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/30


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Kawża T-409/14)

    2014/C 245/42

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni, tkun xi tkun il-forma tagħha, li permezz tagħha seħħet iċ-ċaħda, min-naħa tal-konvenuta, tat-talba tat-22 ta’ Jannar 2014, imressqa mir-rikorrent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favur ir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 25  000, jew dik is-somma ogħla jew inqas li l-Qorti Ġenerali tqis ġusta u ekwa, bħala kumpens għad-dannu subit minn dan tal-aħħar minħabba t-tul mhux raġonevoli tal-proċedura ġudizzjarja mressqa mir-rikorrent, jiġifieri bħala kumpens abbażi tad-dewmien irraġonevoli tal-proċedura inkwistjoni.

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż, drittijiet u onorarji tal-proċedura kollha relatati ma’ dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors għandu bħala suġġett id-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba dewmien allegatament eċċessiv tal-proċedura fil-Kawża T-236/02, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq nuqqas assolut ta’ investigazzjoni u ksur tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


    Top