This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0269
Case T-269/14: Action brought on 28 April 2014 — City Index/OHIM — Citigroup and Citibank (CITY INDEX)
Kawża T-296/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ April 2014 – City Index vs UASI – Citigroup and Citibank (CITY INDEX)
Kawża T-296/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ April 2014 – City Index vs UASI – Citigroup and Citibank (CITY INDEX)
ĠU C 253, 4.8.2014, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 253/32 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – City Index vs UASI – Citigroup and Citibank (CITY INDEX)
(Kawża T-296/14)
2014/C 253/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: City Index Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citigroup, Inc. and Citibank, NA (New York, USA)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 172/2013-2 li laqgħet l-oppożizzjoni fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CITY INDEX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 u 41 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 4 58 094
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Citigroup, Inc. u Citibank, NA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “citi” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 36 u 42, it-trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “citifinancial” u “citibank”, kif ukoll it-trade marks Komunitarji u nazzjonali “CITICAPITAL”, “CITIMONEY”, “CITIFINANCIAL”, “CITI”, “CITIBOND”, “CITICONNECT”, “CITIBANK” u “CITICARD”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni hija parzjalment annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja hija parzjalment miċħuda.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009