Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0553

    Kawża T-553/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”]

    ĠU C 311, 21.9.2015, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/46


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

    (Kawża T-553/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

    (2015/C 311/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 218/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Extra bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


    Top