Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0096

    Kawża T-96/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO — Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks — Probabbiltà ta’ konfużjoni”]

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

    (Kawża T-96/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])

    (2015/C 414/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1092/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PT Comunicações, SA u Vimeo LLC.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Vimeo LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


    Top