This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FB0021
Case F-21/14: Order of the Civil Service Tribunal (Second Chamber) of 11 December 2014 — Iliopoulou v Europol (Civil service — Europol staff — Europol Convention — Europol Staff Regulations — Decision 2009/371/JHA — Application of the Conditions of Employment to Europol staff — Non-renewal of a temporary fixed-term contract — Refusal to grant a temporary contract for an indefinite term)
Kawża F-21/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Konvenzjoni Europol — Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol — Deċiżjoni 2009/371/ĠAI — Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat — Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat)

ĠU C 34, 2.2.2015, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/49 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol
(Kawża F-21/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat))
(2015/C 034/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hariklia Iliopoulou (Wassenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: J. Arnould u D. Neumann, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx, għal żmien indeterminat, il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti u li l-Europol jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li hija setgħet tirċievi li kieku baqgħet taħdem u l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija rċeviet.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn H. Iliopoulou. |
3) |
H. Iliopoulou għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 184, 16/06/2014. P. 42.