This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0492
Case C-492/14: Request for a preliminary ruling from the Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (Belgium) lodged on 5 November 2014 — Essent Belgium NV v Vlaams Gewest, Inter-Energa and Others
Kawża C-492/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil- 5 ta’ Novembru 2014 – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest en Inter-Energa et
Kawża C-492/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil- 5 ta’ Novembru 2014 – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest en Inter-Energa et
ĠU C 34, 2.2.2015, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 34/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Novembru 2014 – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest en Inter-Energa et
(Kawża C-492/14)
(2015/C 034/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Essent Belgium NV
Konvenuti: Vlaams Gewest, Inter-Energa, IVEG, Infrax West, Provinciale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE), Vlaamse Regulator van de Electriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Partijiet oħra: Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening Antwerpen (IMEA), Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening in West- en Oost-Vlaanderen (IMEWO), Intercommunale Vereniging voor Energielevering in Midden-Vlaanderen (Intergem), Intercommunale Vereniging voor de Energiedistributie in de Kempen en het Antwerpse (IVEKA), Iverlek, Gaselwest CVBA, Sibelgas CVBA
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – f’dan il-każ, id-Digriet ta’ Vlaamse Gewest, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku, ikkunsidrat flimkien mad-Deċiżjoni tal-Gvern ta’ Vlaamse Gewest, tal-4 ta’ April 2003, “li temenda d-Deċiżjoni tal-Gvern ta’ Vlaamse Gewest, tat-28 ta’ Settembru 2001, li tippromwovi l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli” – li tillimita d-distribuzzjoni bla ħlas ta’ elettriku ekoloġiku għall-alimentazzjoni tal-elettriku ġġenerat minn installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni konnessi mas-sistemi ta’ distribuzzjoni li jinsabu fir-Reġjun ta’ Vlaamse Gewest u teskludi l-elettriku minn installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni li ma humiex konnessi mas-sistemi ta’ distribuzzjoni li jinsabu fir-Reġjun ta’ Vlaamse Gewest? |
2) |
L-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – f’dan il-każ, id-Digriet ta’ Vlaamse Gewest, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku, ikkunsidrat flimkien mad-Deċiżjoni tal-Gvern ta’ Vlaamse Gewest, tal-5 ta’ Marzu 2004, li tippromwovi l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kif applikat mill-VREG – li tillimita d-distribuzzjoni bla ħlas tal-elettriku ekoloġiku għall-elettriku ġġenerat minn installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni li jalimentaw direttament bl-elettriku tagħhom is-sistema ta’ distribuzzjoni li tinsab fil-Belġju u teskludi l-elettriku ġġenerat minn installazzjoni ta’ ġenerazzjoni li ma talimentax direttament bl-elettriku tagħha s-sistema ta’ distribuzzjoni li tinsab fil-Belġju? |
3) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fl-ewwel u fit-tieni domanda hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilit, b’mod partikolari, fl-Artikolu 12 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 3(1) u (4) tad-Direttiva 2003/54/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE li kienet tapplika fiż-żmien li fih seħħew il-fatti? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211.