EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0523
Case C-523/14: Judgment of the Court (Third Chamber) of 22 October 2015 (request for a preliminary ruling from the Rechtbank Gelderland — Netherlands) — Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA v VSB Machineverhuur BV, Van Sommeren Bestrating BV, Jos van Sommeren (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Article 1 — Scope — Complaint seeking to join a civil action to proceedings — Article 27 — Lis pendens — Proceedings brought before a court of another Member State — Ongoing judicial investigation — Article 30 — Time when a court is deemed to be seised)
Kawża C-523/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 1 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili — Artikolu 27 — Lis alibi pendens — Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor — Istruttorja ġudizzjarja pendenti — Artikolu 30 — Data li fiha qorti titqies li ġiet adita)

ĠU C 414, 14.12.2015, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
(Kawża C-523/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Istruttorja ġudizzjarja pendenti - Artikolu 30 - Data li fiha qorti titqies li ġiet adita))
(2015/C 414/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA
Konvenuti: VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li lment b’kostituzzjoni parti ċivili mressaq quddiem qorti istruttorja jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sa fejn dan huwa intiż għall-kumpens pekunjarju għad-dannu allegat mil-lanjant. |
2) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba titressaq, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta lment b’kostituzzjoni parti ċivili jkun tressaq quddiem qorti istuttorja, anki jekk l-istruttorja tal-kawża inkwistjoni tkun għadha ma ngħalqitx. |
3) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interprtat fis-sens li, meta persuna tressaq ilment b’kostituzzjoni parti ċivili quddiem qorti istruttorja permezz tal-preżentata ta’ att li ma għandux, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, jiġi nnotifikat qabel din il-preżentata, id-data li għandha titqies sabiex jiġi kkunsidrat li din il-qorti hija adita hija dik li fiha tressaq dan l-ilment. |