EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0208

Kawża T-208/13: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ April 2013 — Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

ĠU C 164, 8.6.2013, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/13)

2013/C 164/38

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u R. Bordalo Junqueiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2013) 306, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż imġarba mir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tistabbilixxi li Portugal Telecom u Telefónica S.A. kisru l-Artikolu 101 TFUE billi inkludew id-disa’ klawżola fil-ftehim ta’ xiri min-naħa ta’ Telefónica S.A. ta’ pakkett ta’ azzjonijiet ta’ Brasilcel NV fil-pussess ta’ Portugal Telecom, li l-Kummissjoni interpretat bħala ftehim li jipprekludi l-kompetizzjoni indipendenti mit-tranżazzjoni inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv dwar il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali:

ir-rikorrenti tqis li d-Deċiżjoni hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni inkwantu l-motivazzjoni rispettiva fiha ommissjoniijiet, impreċiżjonijiet u żbalji fir-rigward ta’ punti essenzjali li jinvalidaw mingħajr soluzzjoni l-konklużjonijiet tagħha.

ir-rikorrenti tqis ukoll li d-Deċiżjoni hija vvizzjata bi provi insuffiċenti, inkwantu l-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda forma ta’ prova li tinvalida l-prova prodotta mir-rikorrenti u li minnha jirriżulta li l-klawżola 9 tal-Ftehim tinkludi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kif ġiet fis-seħħ, ma tistax isir effettiva mingħajr ma tiġi vvalidata minn qabel miż-żewġ partijiet.

ir-rikorrenti tqis ukoll li l-klawżola 9 tal-Ftehim ma tistax tiġi kkwalifikata bħala restrizzjoni minħabba l-għan u li l-Kummissjoni ma pprovatx, kif suppost għamlet, l-eżistenza, attwali jew potenzjali, ta’ effetti restrittivi li jistgħu jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni.

(2)

It-tieni motiv dwar il-ksur tat-Trattat u tad-dritt li jikkonċerna l-applikazzjoni tiegħu:

ir-rikorrenti tqis li d-Deċiżjoni tikser id-dritt tal-Unjoni inkwantu hija vvizzjata minħabba:

(a)

żball manifest fir-rigward tal-fatti, tal-prova u ta’ suffiċjenza tal-provi, inkwantu l-Kummissjoni tevalwa u tinterpreta b’mod żbaljat id-data pprovduta mill-partijiet fil-kawża u, konsegwentement, ma siltitx l-iktar informazzjoni plawżibbli mill-informazzjoni pprovduta fl-atti;

(b)

żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u ksur konsegwenti tal-imsemmija dispożizzjoni, inkwantu l-Kummissjoni kkwalifikat b’mod infondat u żbaljat lill-partijiet bħala kompetituri potenzjali fis-swieq allegatament koperti mill-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni inkwistjoni b’mod ġenerali; fejn l-imsemmi obbligu ma setax jiġi kkwalifikat bħala restrizzjoni minħabba l-għan u l-Kummissjoni ma ħaditx ħsieb turi ġew prodotti tali effetti;

(c)

ksur tad-dmir ta’ investigazzjoni u li tesprimi ruħha, inkwantu d-Deċiżjoni ma tindirizzax u lanqas ma tikkonfuta numru ta’ argumenti rilevanti ppreżentati mill-partijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni;

(d)

ksur tal-prinċipju in dubio pro reo, inkwantu l-Kummissjoni tqis bħala ċerti, fatti kontra r-rikorrenti li fir-rigward tagħhom jeżistu dubji kunsiderevoli u li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni nnifisha ma għandhiex ċertezzi.

(e)

ksur tal-prinċipji li għalihom ivvinkolat ruħha l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-multi, skont il-punt 13 tal-linji gwida tagħha f’dan ir-rigward, inkwantu l-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tal-multa tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’mod ġenerali, indipendentement minn jekk jinsabux jew le fil-Peniżola Iberika, fejn injorat ukoll il-fatt li, fi kwalunkwe każ, l-allegat ksur ma kompliex wara d-29 ta’ Ottubru 2010;

(f)

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni u tal-kriterji li għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni ta’ multi.


Top