EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0104

Kawża F-104/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Proċedura ta’ investigazzjoni — Rapport tal-Kumitat ta’ investigazzjoni — Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku — Deċiżjoni tal-President tal-BEI li l-ilment ma jingħatax segwitu — Annullament — Rikors għad-danni)

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 90–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/90


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-104/13)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Rapport tal-Kumitat ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President tal-BEI li l-ilment ma jingħatax segwitu - Annullament - Rikors għad-danni))

(2016/C 048/101)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentant: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament, minn naħa, tal-ittra tal-President tal-BEI li permezz tagħha dan: l-ewwel nett ma adotta ebda miżura li tikkonċerna l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent allegatament sostna għal 20 sena, it-tieni nett, iġġustifika l-fatti rrappurtati u, it-tielet nett, jobbligah, essenzjalment, li jaħdem bħala “mentor” u “business partner”, u, min-naħa l-oħra, tal-opinjoni tal-kumitat “Dignity at work”, tal-14 ta’ Marzu 2013.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2013 li permezz tagħha l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment ċaħad l-ilment għal fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn C. De Nicola.


Top