Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0132

    Kawża C-132/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (Il-Ġermanja) fit- 18 ta’ Marzu 2013 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

    (Kawża C-132/13)

    2013/C 164/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

    Konvenuta: ILME GmbH

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 1, 8 u 10, kif ukoll l-Annessi II, IV u III tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-marka ta’ konformità “KE” ma għandhiex titqiegħed fuq kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku mibjugħa bħala unitajiet separati u maħsuba għal użu industrijali?


    (1)  ĠU L 374, p. 10.


    Top