Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0102

    Kawża C-102/13 P: Appell ippreżentat fl- 1 ta’ Marzu 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit- 18 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-205/11, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 164, 8.6.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/8


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-205/11, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-102/13 P)

    2013/C 164/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2012, fil-Kawża T-205/11,

    tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni fil-mertu, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appell huwa ppreżentat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2012, fil-Kawża T-205/11, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/EU, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja (“Sanierungsklausel”).

    Ir-Repubblika Federali tibbaża l-appell tagħha fuq żewġ aggravji li huma t-tnejn marbuta ma’ lment ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni:

    Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li huwa espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, inkwantu l-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-proċedura ta’ notifika magħżula mill-Kummissjoni għad-deċiżjoni kkontestata u ma stabbilixxiet l-ebda rekwiżit rigward il-formalitajiet li għandhom jiġu osservati għall-validità tan-notifika tagħha, b’konferma tal-irċevuta tagħha, taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1).

    Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li huwa espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li meta tinvoka l-preżentata tardiva tar-rikors, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta tressaq provi tal-irċevuta tal-posta minn persuna identifikabbli u li din hija persuna awtorizzata sabiex taċċetta n-notifiki.


    (1)  ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


    Top