Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0595

    Kawża C-595/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Fiscale Eenheid X NV cs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet — Artikolu 13B(d), punt 6 — Fondi speċjali ta’ investiment — Kunċett — Investimenti fi proprjetajiet immobbli — Immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment — Kunċett — Operat effettiv ta’ proprjetà immobbli)

    ĠU C 48, 8.2.2016, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 48/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Fiscale Eenheid X NV cs

    (Kawża C-595/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13B(d), punt 6 - Fondi speċjali ta’ investiment - Kunċett - Investimenti fi proprjetajiet immobbli - Immaniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment - Kunċett - Operat effettiv ta’ proprjetà immobbli))

    (2016/C 048/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: Fiscale Eenheid X NV cs

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 13B(d), punt 6, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpanniji ta’ investiment bħalma huma l-kumpanniji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom jinġabar kapital minn diversi investituri li jsostnu r-riskju li huwa marbut mal-immaniġġjar tal-assi miġbura f’dawn bl-għan tax-xiri, tal-pussess, tal-immaniġġjar u tal-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli sabiex isir profitt minnhom, li jitqassam lill-azzjonisti kollha fil-forma ta’ dividend, u dawn tal-aħħar jieħdu wkoll vantaġġ minħabba ż-żieda fil-valur tas-sehem tagħhom, jistgħu jitqiesu li huma “fondi speċjali ta’ investiment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun issuġġetta lil dawn il-kumpanniji għal sorveljanza Statali speċifika.

    2)

    L-Artikolu 13B(d), punt 6, tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “mmaniġġjar” li jinsab f’din id-dispożizzjoni ma jirreferix għall-operattiv effettiv tal-proprjetajiet immobbli ta’ fond speċjali ta’ investiment.


    (1)  ĠU C 39, 8.2.2014.


    Top