EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0339

Kawża C-339/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat- 22 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/74/KE — Artikoli 3 u 5(2) — Projbizzjoni tat-trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi li ma humiex mgħammra — Trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi mhux konformi għall-eżiġenzi li jirriżultaw minn din id-direttiva)

ĠU C 253, 4.8.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-339/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/74/KE - Artikoli 3 u 5(2) - Projbizzjoni tat-trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi li ma humiex mgħammra - Trobbija ta’ tiġieġ li jbid f’gaġġi mhux konformi għall-eżiġenzi li jirriżultaw minn din id-direttiva))

2014/C 253/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u B. Schima, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, F. Urbani Neri, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 26, p. 225)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx li, mill-1 ta’ Jannar 2012, it-tiġieġ li jbid ma jitrabbiex iktar f’gaġġi li ma humiex mgħammra, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, tad-19 ta’ Lulju 1999, li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


Top